Barranin
ARA: Ġuvni jitla’ ma’ skyscraper f’Londra qabel iwaqqfuh il-Pulizija

Ġuvni ta’ 19-il sena lbieraħ wettaq il-ħolma tiegħu li jitla’ ma’ The Shard; wieħed mill-iktar skycrapers magħrufa f’Londra.

George King intlemaħ tiela’ lejn il-quċċata tal-binja b’96 sular għall-ħabta tal-5.15 ta’ filgħodu, u wara tliet kwarti twaqqaf mill-pulizija, li kellmuh iżda ma arrestawhx.

F’filmat li tella’ fuq il-midja soċjali wara l-bravura, King qal li qatta’ xejn inqas minn sena jitħarreġ għal dan l-avveniment, kemm fiżikament u anki mil-lat ta’ informazzjoni.

Spjega li kellu 13-il sena meta ra The Shard għall-ewwel darba, u minn dak iż-żmien iffissa li jrid jitla’ miegħu.

https://twitter.com/i/status/1148089367333920770

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zippy miet eroj hekk kif irnexxielu jsalva lil familtu minn ħalq il-mewt. Il-familja Butler jgħixu f’Bradeton, fi Florida meta lejl minnhom, waqt li kienu rieqdin, tħeġġeġ in-nar fir-residenza tagħhom. Minkejja…

Barranin

Il-passiġġieri abbord titjira tad-Delta twerwru wara li l-ajruplan li kienu qed jivvjaġġaw fuqu qabad u niżel mad-9,000 metru ‘l isfel f’daqqa. It-titjira, li telqet minn Atlanta, esperjenzat dak li jissejjaħ…

Kurżitajiet

Kok f’ristorant fl-istat Amerikan ta’ Maine ammetta li qabel isajjar l-awwisti, ibellgħalhom il-Kannabis biex ma jsofrux wisq meta jsajjarhom. Id-deċiżjoni tal-kok waslet wara li skopra li anke l-awwisti jbatu u…

Kurżitajiet

Fir-riżerva naturali tal-Maasai Mara tfaċċat żebra rari….flok bi strixxi bojod u suwed….b’tikek bojod fuq sfond iswed.   Il-ferħ ta’ żebra skantat lil bosta bid-dehra tagħha u ngħatat l-isem ta’ Tira,…

Aktar