Stejjer Umani
ARA: “Ħabbejnieha minn meta rċevejna l-ewwel ritratt tagħha” – ġenituri li adottaw tifla

Josephine Vassallo Parnis qalet “tara, kull fejn immorru, kull min jiltaqa’ magħha, iġġib il-ferħ. It-tfal iġibu l-ferħ. Illum naraha tikber u tiżviluppa u ngħid kien pass verament sabiħ.”

Patrick Parnis qal “ferħ kbir u tgħid, din it-tifla, se nieħu ħsiebha u se nagħtiha all my best to grow, to develop, to become a decent adult.”

Patrick u Josephine huma l-ġenituri adottivi ta’ Tara . . . tifla li fil-25 ta’ Frar tagħlaq sentejn. Tara hi minn Bangalore, fin-naħa t’isfel tal-Indja. Dalwaqt tagħlaq sena f’Malta.

Il-koppja kienu applikaw l-ewwel biex jadottaw mis-Slovakkja. Għaddiet sena u ma semgħu xejn. Ħarsu lejn l-Indja. Ħabbtu l-bieb tal-Aġenzija Tama u bdew il-proċess biex japplikaw għal adozzjoni minn dan il-pajjiż imbiegħed. Fl-applikazzjoni ma għażlux bejn tifel jew tifla, iżda talbu li l-età tkun minn tliet snin ‘il fuq. Għalhekk, stagħġbu mhux ftit meta pproponewlhom li jkunu l-ġenituri ta’ tarbija li kellha 6 xhur. Iddiskutewha u qablu li jilqgħuha fosthom.

Josephine Vassallo Parnis qalet “fl-aħħar mill-aħħar l-adozzjoni hi rigal. Għidna għalxiex se noqogħdu nagħmu ċerti kundizzjonijiet meta l-għan tagħna hu li nagħtu tbissima lil xi ħadd.”

F’Lulju tal-2017 irċevew l-ewwel ritratt ta’ Tara. Ta’ jumejn ommha kienet ħaditha f’orfanatrofju.

“Niftakar l-ewwel ġurnata meta rċevejna r-ritratt ta’ Tara. Ħabbejnieha minn meta rċevjena l-ewwel ritratt tagħha. Imbagħad l-istennija. Irid ikollok ħafna paċenzja. Emozzjonijiet kbar li jnaqqxulek qalbek. Niftakar f’Diċembru 2017 beda l-proċess il-Qorti. Fis-6 ta’ Jannar 2018 ħadna l-aħbar li l-Qorti ħadet l-aħħar deċizjoni tagħha li Tara tkun it-tifla tagħna.”

Minnufih bdew jippreparaw biex f’anqas minn 20 ġurnata telgħu l-Indja għal binthom. Staqsejt lil Patrick kif kellhom is-serħan il-moħħ li Tara hi b’saħħitha.

Patrick Parnis qal “għamilna medical report review li jibagħtulna huma. Ħadnieh għand it-tabib taghna li vverifika li m’għandniex problemi u minn hemm iddeċidejna li mmexxu.”

Wasal il-mument li jidħlu fl-orfanatrofju u jaraw lil Tara . . . mhux aktar tar-ritratti iżda ta’ veru u jgħannquha magħhom.

Patrick Parnis qal “dak il-mument ferħ kbir. Ferħ ta’ ġenn. It is very emotional, very sentimental. Tara l-pjanijiet li għamilt biex fl-aħħar mill-aħħar qiegħda f’idejk.”

Josephine Vassallo Parnis qalet “jien lit-tifla ma għarafthiex mal-ewwel. Patrick mar direttament fuqha. Jien min-naħa tiegħi, xena li tibqa’ f’moħħi hi li nara tapit u fuqu ċorma tfal u babies fuq tapit mal-art. Kollha jilgħabu. Kollha ferħanin ma’ xulxin. Kien hemm babies li kellhom 5t’ijiem biss. Hemmhekk iġġiblek ħlewwa ta’ qalb. Hemmhekk tifhem ir-raġuni għalxiex ħadna dan il-pass. L-għan tagħna kien li nagħtu ħajja aħjar lil tifla jew tifel.”

Patrick Parnis qal “tkun vera on a high cloud li tara t-tifla, tara li kollox all right biex tibda l-bond maghha. Bażikament aħna fl-ewwel erbat’ijiem konna mmorru fl-orfanatrofju mil-lukanda. It-tifla ma ħadnihiex lura magħna biex nibbiljdaw il-bond qabel ma nehduha maghna fil-lukanda ghax s’hemm tista’ tasal. Biex toħrog mill-pajjiż trid tipprepara l-passaport.”

Josephine u Patrick jisħqu li l-Indja għandhom famlja oħra. Żammew kuntatt mal-orfanatrofju u ta’ spiss jibagħtulhom ritratti u tagħrif dwar mumenti f’ħajjet binthom bħall-Magħmudija, il-Milied u l-attendenza tagħha fin-nursery. Apparti hekk, deċiżi li bħala familja jitilgħu l-Indja ta’ spiss għax jemmnu li hu importanit għat-tifla li tkun taf dwar l-għeruq tagħha.

Josephine Vassallo Parnis qalet “lil Tara rriduha proud bil-passat tagħha. Hemmhekk għandna an extended family, li laqgħuha, ħabbewha, li tawha dak kollu li setgħu u aħna komplejna t-triq.”

Patrick u Josephine huma rikonoxxenti ħafna għall-għajnuna li sabu mill-Aġenzija Tama u mill-Kummissjoni Għolja Maltija fl-Indja.

Josephine Vassallo Parnis qalet “l-esperjenza bħala adoption kienet wahda ta’ emozzjonijiet kbar u llum il-gurnata ngħid li kienet l-isbaħ vjaġġ u l-isbaħ deċizjoni li bħala koppja stajna nieħdu flimkien. L-importanti li jkun hemm kunsens bejn il-koppja. Li vera jridu jmorru għall-adozzjoni.”

Patrick Parnis qal “tara completed us. When we say it is a complete family, mind you we did not skretch adopting again . . . Tara gave us the real family atmosphere.” Mistoqsi jekk jikkunsidrawx jerġgħu jadottaw, Patrik wieġeb “Iva ta. Ħa niftehmu. It’s got to . . . ħa nissetiljaw. Però ma neskludux. The option is always there.”.

Tista ssegwi l-programm DISSETT fuq TVMI.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, 117,000 persuna f’21 lokalità ma kienux ser jivvutaw u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar…

Lokali

Għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew se jikkontestaw 10 persuni b’diżabilità, disgħa għall-kunsilli lokali u wieħed għall-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal dan huwa pass pożittiv…

Lokali

Il-Mellieħa Holiday Centre, li qabel kienet magħrufa bħala d-Danish Village, inawgurat faċilitajiet ġodda li saru b’investiment ta’ €9 miljun. Fl-inawgurazzjoni l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan hu investiment ieħor…

Mużika

Mat-300 student illum żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-Muża fil-Belt Valletta biex jiltaqgħu mal-kantanta Michela u fl-istess waqt jiksbu timbru speċjali ta’ Chameleon fuq il-passaport kulturali tagħhom. Fit-tieni attività organizzata mill-PBS…

Aktar