Barranin
Ara: Ħabsi jipprova jaħrab minn vettura tal-pulizija fir-Russja – jgħidilhom biex ma jikxfuhx

Priġunier ipprova jaħrab minn vettura tal-pulizija waqt li kienet maqbuda qalb serbut ta’ karozzi. Il-filmat inġibed fil-belt ta’ Saransk fir-Russja.

Ir-raġel jidher jiftaħ il-bieba ta’ wara tal-vettura frisk daqs ħassa u jitbiegħed mill-vann qisu xejn mhu xejn.

Hu u miexi, il-priġunier jidher jagħmel sinjal lill-persuni fil-vetturi tal-madwar biex ma jikxfuhx. Madankollu, wara ftit, l-uffiċjali tal-pulizija jidhru joħorġu sparati mill-vettura u jaqbdu lill-priġunier mill-ġdid.