Barranin
ARA: Ħabsin isalvaw tarbija msakkra ġo karozza fi Florida

Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta.

Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra.

Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier it-tarbija ta’ sena qalilhom li nesa ċ-ċwievet tal-karozza ġewwa.

Wara li qalilhom li ma kienx jaffordja li jsib lil min jista’ jiżgassa l-karozza, il-gwardjani u l-ħabsin provaw jiftħu l-karozza.

Il-Kap tal-Gwardjani qal li dan kien każ uniku. Qal li l-maġġoranza tal-ħabsin jafu li żbaljaw u jridu jagħmlu affarijiet tajba.

Omm it-tarbija xerrdet il-filmat fuq Facebook, liema filmat rawh aktar minn 46,000 darba.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

X’se jsemmuha lit-tarbija l-Prinċep Harry u martu Meghan?  L-ex attriċi tinsab lejn l-aħħar tat-tqala u l-kumpaniji tal-imħatri bħalissa għaddejjin b’furur dwar l-isem, is-sess, il-piż, id-data u l-post fejn se titwieled…

Barranin

Michel Temer, ex president tal-Brażil ġie arrestat f’Sao Paulo wara investigazzjoni biex tinkixef il-korruzzjoni. Temer ġie maħtur president f’Awwissu tal-2016 wara l-mozzjoni għat-tkeċċija ta’ Dilma Rousseff. F’postu ġie maħtur Jair…

Barranin

Il-katavri fuq il-muntanja Everest mhumiex xi ħaġa ġdida, tant li numru ta’ katavri saru bħal monumenti, u għal żmien twil intużaw biex min jitla’ l-muntanja jkun jaf fejn wasal. Fl-aħħar…

Barranin

Il-kumpanija tal-ħwejjeġ NEXT qalet li jekk Brexit jibqa’ mingħajr l-ebda ftehim, il-ħwejjeġ li tipproduċi jafu jorħsu. NEXT qalet li jaf tiffranka £15m b’tariffi orħos u bis-saħħa t’hekk, jispiċċa jgawdi wkoll il-konsumatur…

Aktar