Barranin
ARA: Ħabta f’Sydney taħsad il-ħajja ta’ Frank u Carmen Sant

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney.

Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża, hekk kif il-koppja spiċċaw mietu flimkien wara 50 sena żwieġ.

L-inċident seħħ meta Frank Sant ta’ 83 sena kien qed isuq lejn id-dar, meta daħlet fih karozza head-on misjuqa minn raġel ta’ 22 sena.

Carmen Sant ta’ 81 sena, li kienet passiġġiera fil-karozza ma’ żewġha, mietet mad-daqqa. Frank ittieħed l-isptar iżda miet ftit tal-ħin wara.

Il-mument tal-ħabta inqabad fuq filmat tas-sigurtà (taħt).

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Barranin

Il-bdoti tal-linja tal-ajru tal-Etihad, jidher li kellhom battikata biex iniżżlu l-ajruplan li kienu qed itajjru fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra. L-ajruplan tat-tip Airbus A380, li huwa l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja, kien…

Aktar