
Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech.
Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM li meta s-Sur Dimech jidher fuq l-iscreen, Pedro spiss ixejjirlu u jgħidlu “Hello!”, qabel ma jintefa quddiem it-televiżjoni biex jara l-aħbarijiet.
Xi kultant, bħal ma jidher fil-filmat, Pedro jiġbor is-soft toys tiegħu u jħaddanhom miegħu qabel jintefa’ jsegwi l-aħbarijiet b’attenzjoni kbira.
Maryanne qalet li hi u żewġha, li huwa miċ-Ċilì, minn dejjem kienu jħobbu jaraw l-aħbarijiet flimkien bħala familja, iżda ma basrux li Pedro kien se jsir iħobbhom daqshekk, u tgħidx kemm jidħku u jiggustawh meta jarawh jiġri lejn it-televiżjoni x’ħin jibda l-bulettin.
L-aħbarijiet ta’ TVM, kif ukoll il-programmi kollha, jistgħu jiġu segwiti dirett jew on demand fuq TVMi.
Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma…
Minħabba l-maltemp u baħar qawwi li se jaħkem fil-jiem li ġejjin, il-Virtu Ferries ħabbret li l-vjaġġi kollha skedati għas-Sibt 14 ta’ Diċembri se jitħassru. Biex tikkumpensa għal dan, il-kumpanija se…
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li ġiet programmata b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq. Il-Korporazzjoni qalet li issa tista’ tittraċċa min jisraq l-ilma b’mod sistematiku. S’issa, il-prevenzjoni tas-serq…
Fi Ġnien ‘Raymond Caruana’ tal-Gudja ġie mikxuf monument artistiku f’ġieħ il-Madonna taċ-Ċintura. Din iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni kienet timmarka tmiem il-programm estensiv ta’ ċelebrazzjonijiet li ġew organizzati matul ix-xhur li għaddew…