Lokali
Ara: Ħakma tal-palk eċċellenti u grinta biex tbigħ – Geneve Dimech

Trid tara biex temmen, jgħidu. U tisma’ wkoll, f’dal-każ. Geneve Dimech għadha kif tat prestazzjoni l-ġmiel tagħha. Tifla, li għad għandha għaxar snin biss u li weħidha rnexxielha taħkem il-palk tal-MFCC qisha mhix hi. Kapaċi, bħalma wriet fil-prestazzjoni li diġà tat dan l-aħħar, tfassal u tkanta silta oriġinali b’vuċi soda mmens. Mhux ta’ b’xejn li dakinhar għaddiet żiffa għal-lejla.

Ftit ilu, mgħammra b’kitarra elettrika u bl-istess vuċi qawwija li tant tikkaratterizzaha, Geneve rnexxielha tpaxxi ‘l-pubbliku b’kanzunetta rock. Artista ċkejkna, xempju ta’ personalità u grinta liema bħalhom.

Tista’ tivvota għal Geneve Dimech fuq 50614402.