Kultura
ARA: Ħal Kirkop imżejjen b’oġġetti riċiklati

Kuxjenza ambjentali qed dejjem titqawwa. Xhieda ta’ dan hi l-inizjattiva li ħadu numru ta’ għaqdiet u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li din is-sena ddeċieda li jlibes il-libsa festiva lir-raħal b’tiżjin magħmul minn affarijiet riċiklati.

Charles Buttigieg ħareġ bl-idea li jagħmel ballun kbir bhal parti mit-tizjin. Huwa qal ma’ Television Malta li n-namra għal arti riċiklata bdiet erba’ snin ilu meta beda’ jagħmel xi affarijiet tad-dar. Żied jgħid li s-sena l-oħra kompla jirfina u saħansitra kiser ir-rekord nazzjonali fid-daqs tal-ballun tal-Milied, rekord li din is-sena reġa’ kiser.

“Il-proċess jibda billi niġbru toilet rolls nqattawhom nagħmlulhom il-kolla u nwaħħluhom. Imbagħad isir il-qafas li ma jsirx minni jsir minn persuni fis-soċjetà San Leonardo u nibdew bil-qafas u nibnu bil-mod. Ix-xogħol ma sarx kollu waħda sar mis-soċjetà, u bħala kartun u glitters għamilnih jiena u Josef Borg.”

Is-Sur Buttigieg qal li dan huwa xogħol li jagħtih sodisfazzjon enormi għaliex jagħti valur mill-ġdid lil oġġetti mormija.

Is-Sindku ta’ Ħal Kirkop Terence Agius qal ma’ TVM li bħala Kunsill għoġbithom l-idea li tagħqad flimkien iż-żmien festiv ma’ inizjattiva ambjentali.

“Ħal Kirkop joffri dan it-talent ukoll u llum nistgħu ngħidu li ħriġna bl-isem ta’ ‘Gigantic’ attività ta’ Christmas Market b’affarijiet riċiklati.”

Is-suq tal-Milied Ħal Kirkop se jkun miftuħ illum sal-għaxra ta’ filgħaxija u għada bejn l-għaxra ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Aktar