Barranin, Kurżitajiet
ARA: Ħallelin jaraw is-serqa ta’ flus kontanti ttir mar-riħ

Ħallelin li kienu għadhom kif serqu ammont ta’ flus kontanti minn aġenzija tal-ivjaġġar fi Droylsden fl-Ingilterra ma tantx damu jifirħu tant.  Dan għax kif ħarġu mill-ħanut li kienu għadhom kif serqu poġġew il-flus fil-but tal-qalziet bil-konsegwenza li r-riħ tajjarhomlom kollha u spiċċaw itiru mat-triq kollha.

Malli ndunaw x’kien ġara, il-ħallelin ipprovaw jirkupraw il-karti tal-flus.  Iżda li ma ndunawx, li fit-triq kien hemm kamera tas-sigurtà li kienet qed tirreġistra x’kien qed jiġri fit-triq.  Il-filmati spiċċaw għand il-Pulizija ta’ Manchester u tefgħuhom fuq YouTube bit-tama li xi ħadd jagħraf lill-ħallelin biex jinqabdu.

Is-serqa seħħet is-Sibt ftit qabel is-1pm fi Queens Walk.  Jidher li l-karti tal-flus tarulhom meta kienu qed jiġru tul Craven Street.  L-irġiel ħarbu b’karozza ta’ lewn il-fidda li kienet ipparkjata f’Fairfield Road.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġenn u paniku ħakem lil kull min jinsab f’Mont San Michel dalogħdu waqt operazzjoni ta’ evakwazzjoni. It-turisti kollha ġew evakwati filwaqt li r-residenti ġew mitluba jibqgħu ġewwa hekk kif raġel…

Barranin

17-il persuna mietu wara li żewġ dgħajjes li nqelbu fi Xmara fil-belt ta’ Guilin, fiċ-Ċina, li tinsab fin-nofsinhar tar-reġjun ta’ Guangxi Zhuang. L-inċident seħħ waqt sessjoni ta’ taħriġ. Fuq iż-żewġ…

Barranin

Mijiet ta’ persuni nġabru fil-belt ta’ Chicago jipprotestaw u jikkundannaw l-attakk li sar mill-Istati Uniti, fuq faċilitajiet fis-Sirja fejn jinħadmu l-armi kimiċi fuq suspett li s-Sirja użathom fil-belt ta’ Douma….

Barranin

L-attur Verne Troyer, li huwa magħruf l-aktar għall-parti li interpreta ta’ Mini-Me fis-serje ta’ Austin Powers, miet fl-età ta’ 49. Troyer li kien fih biss 81cm, ħadem ukoll fil-filma ta’…

Aktar