Lokali
ARA: Ħamiema beżżula tispiċċa ħażin fis-salut tal-Barrakka

Ħamiema għażlet mument ħażin biex ilbieraħ ittir minn quddiem is-swar tal-Barrakka ta’ Fuq. Id-deċiżjoni tagħha kellha konsegwenza mill-iktar sfortunata li ħalliet lil dawk preżenti maħsuda.

Kien f’nofsinhar bumm, fil-ħin li jiġi sparat is-salut, li ħamiema solitarja għażlet li ttir minn quddiem il-kanuni. Biċċiet mill-ħamiema jidhru jtiru qalb id-daħna tal-isparatura.

Is-salut illum huwa wieħed purament ċerimonjali li jattira t-turisti kuljum, iżda dari kellu l-funzjoni importanti li jgħin lill-baħħara jikkalibraw il-kronografi tal-vapur, li kienu jintużaw biex titkejjel il-lonġitudni fuq il-baħar.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fir-residenza San Vincenz De Paule, beda x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-kumpless Rużar Briffa li qed isir b’investiment ta’ disa’ miljun ewro. F’din il-fażi se jiġu rinnovati tliet iswali u l-foyer…

Stejjer Umani

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul, Josianne Cutajar, qalet li wieħed minn kull għaxar anzjani fir-residenza ma jżurhom ħadd. Dr Cutajar qalet li s-soluzzjoni ma tinstabx fi żjara f’xi…

Festi

Dħalna sew issa fi żmien il-Milied. Fil-knejjes illum bdiet in-novena, il-postijiet tad-divertiment qed ikunu miżgħuda attivitajiet bejn il-ħbieb, u ċ-ċentri kummerċjali qed ikunu ppakkjati bin-nies jixtru ħwejjeġ għalihom u rigali….

Lokali

Tintemm uffiċjalment illejla s-sena li matulha l-belt kienet il-kapitali Ewropea tal-kultura bl-attività “L-Aħħar Festa” li tibqa’ sejra sa tard ħafna illejla. Valletta 2018 iżda se tibqa’ għaddejja permezz ta’ numru…

Aktar