Kronaka
ARA: Ħataflu l-mobile minn fuq il-bank u lebbet ’il barra

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri.

Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin qabel l-istess raġel kien diġà mar fil-ħanut, fejn esprima x-xewqa li jixtri iPhone, iżda qal li kien sejjer jiġbed il-flus.

Meta mar lura fil-ħanut, is-salesman ħareġ l-iPhone fuq il-bank. Dak il-ħin ir-raġel jidher joħroġ lejn il-bieb ta’ barra, jittawwal, u jerġa’ jidħol lura.

Fil-pront jaħtaf l-iPhone minn fuq il-bank u jlebbet ‘il barra. Minkejja li s-salesman ġera warajh, dan ma rnexxilux jaqbdu.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel għandu jagħmel kuntatt mal-Pulizija.

Gepostet von Keith Borg am Donnerstag, 22. August 2019

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa titulari ta’ San Lawrenz, meqjum fil-paroċċa tar-raħal Għawdxi li ħa ismu mill-qaddis. F’ħames xhur ‘il bogħod mill-parroċċa tiegħu, l-istatwa fil-kartapesta għaddiet mill-ewwel proċess ta’…

Ekonomija u Finanzi

Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li minn Ottubru li ġej, lubricating oil, magħruf ukoll bħala petroleum oil, u tabakk tal-‘water-pipe’, ma jistgħux jinbigħu mingħajr ma jkunu ssiġillati bit-timbru tas-sisa. Fi stqarrija d-Dipartiment…

Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Aktar