Ambjent
ARA: Ħidma biex jitneħħa l-graffiti mħażżeż mal-lokalitajiet Maltin

It-taqsima tal-Gvern inkarigata mill-Indafa u l-Manutenzjoni qed tiddedika ħames ħaddiema kuljum biex ineħħu graffiti minn diversi bnadi.

Fl-aħħar ġimgħat kienu għexieren il-messaġġi li nżebgħu fuq proprjetajiet privati u pubbliċi. It-tifsira u l-mottiv tagħhom għadhom mhux ċari. Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat li fl-għassa ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan daħlu rapporti dwar dawn il-messaġġi. L-istess kelliema qalet lil TVM li żdiedu r-rondi bil-għan li jinqabad min qed jagħmel dawn il-graffiti.

Dawn il-graffiti huma kunsidrati bħala atti vandali li qed ikerrhu l-ambjent. Kelliem għad-Diviżjoni tal-Indafa u l-Manutenzjoni qal li l-ħidma biex jitneħħew il-graffiti ili għaddejja kważi xahar. F’dan il-perjodu ġie nnutat li saħansitra saru graffiti fejn diġà kienu tneħħew fosthom fi Triq il-Kosta.

Ara wkoll:

Graffiti misterjużi ma’ Malta kollha – aktar mistoqsijiet milli tweġibiet

 

 

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li xejn mhu se jwaqqfu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni u jikxef kif l-istituzzjonijiet jinsabu maħkuma mill-Gvern. Dr Delia qal li min għandu l-verità miegħu…

Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Aktar