Barranin
Ara: Ibiddlu maħżen f’ajruport fi sptar fit-Tajlandja

Fit-Tajlandja, voluntiera ħadmu qatiegħ biex biddlu maħżen kbir tal-merkanzija fl-ajruport fi sptar temporanju peress li l-pajjiż qed jesperjenza rekord ta’ każi ġodda – aktar minn 16,000 f’ġurnata.

L-isptar fih 1,800 sodda u hu maħsub għal persuni b’sintomi mhux qawwija.