Stejjer Umani
ARA: “Iblah fejn ġejt?” – ex satanist li ġie wiċċ imb wiċċ max-xitan

Twissija ta’ tkexkix minn Vince Marshall li bħala ex-satanist kemm-il darba ġie wiċċ imb wiċċ max-xitan.

Vince, li kien jaħdem f’lukanda, jirrakkonta kif rigal li tah baħri mill-Pakistan għax offrielu saqaf fuq rasu, bidillu ħajtu.  Kienet kaxxa li fiha sab ras ta’ skeletru u envelop b’dettalji dwar kif għandu jagħmel kuntatt ma’ din ir-ras.

Għal Vince, din ir-ras satanika kienet saret ħajtu, sakemm tfajla fil-lukanda fejn kien jaħdem ħeġġitu jkellem qassis.  Vince daħal l-isptar b’agunija u kien hawnhekk li ddeċieda li jkellem eżorċista. Stiednu d-dar u beda t-talb fuqu.

Ix-xitan beda jittantah anki f’daru stess waqt it-talb.  Bdew jiġru warajh anki s-satanisti.  Iżda x’ressaq lil Vince lejn is-sataniżmu?  Jirnexxielu joħroġ minnha din is-sitwazzjoni?

Ara l-esperjenza ta’ Vince fis-servizz ta’ Glen Falzon li deher ilbieraħ fuq Insights.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar