Knisja Maltija
ARA: Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm fil-parroċċa tas-Siġġiewi

Il-Knisja Kattolika tat bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa bit-tifkira tad-daħla solenni ta’ Ġesu’ f’Ġerusalemm, fejn in-nies kienu pproklamawh bħala sultan . . . u mbagħad ftit wara ngħaqdu biex jikkundannawh. Fiċ-ċelebrazzjoni prinċipali, fil-parroċċi kollha, isir it-tberik tal-palm u ż-żebbuġ.

TVM segwa ċ-ċelebrazzjoni fil-parroċċa tas-Siġġiewi fejn issir ukoll rappreżentazzjoni tal-ġrajja.

Il-Ħadd filgħodu, il-parroċċa tas-Siġġiewi laqqgħet lill-parruċċani fosthom it-tfal, akkumpanjati mill-ġenituri u l-katekisti, quddiem il-kappella ta’ San Ġwann li tinsab fil-pjazza tal-lokalità.

L-Arċipriet, Dun Josef Mifsud mexxa r-rit tat-tberik tal-palm u ż-żebbuġ.

”Il-Vaneġlu jgħid li n-nies ferħu b’Ġesù bil-kliem Osanna lil Bin David. Laqugħ bil-friegħi tal-Palm u ż-Żebbuġ u hu s-simboliżmu ta’ dak li permezz tiegħu nifirħu u nilqgħu l-preżenza ta’ Ġesù fostna u magħna.”

Wara nqrat silta mill-Evanġelju skond San Luqa li tirrakkonta d-daħla ta’ Ġesu f’Ġerusalemm riekeb felu, waqt li n-nies firxulu fit-triq l-imnatar u laqgħugħ b’għajjat ta’ ferħ.

“Imbierek is-sultan li ġej f’isem il-Mulej, sliem fis-sema u glorja fil-għoli tas-smewwiet.”

Minn hawnhekk, telqet purċissjoni lejn il-Knisja Parrokkjali, bit-tfal segwew tifel riekeb ħmara u bil-friegħi taż-żebbuġ imbierka f’idejhom.

Fil-Knisja, issuktat il-quddiesa. L-evanġelju llum kien ir-rakkont tal-passjoni, magħruf bħala l-Passju.

”Din iċ-ċelebrazzjoni tfakkar il-bidu tal-għeżeż ġimgħa għalina l-insara. Diversi drabi fil-Vanġelu ta’ San Ġwann insibu li l-Lhud riedu jarrestaw lil Ġesù imma s-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx. Illum ħa nibdew iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-siegħa. Issa waslet is-siegħa.”

Bosta għadhom bid-drawwa li jżommu fergħa taż-żebbuġ imbierka bħal-lum, f’post prominenti fid-dar jew fil-post tax-xogħol, għall-kumplament tas-sena.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Lokali

Ħafna mix-xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni jinsab wieqaf. Dan ġie konfermat kemm mill-Kamra tal-Periti kif ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Dan fid-dawl tar-regolamenti l-ġodda li saru mill-Gvern dwar ix-xogħol ta’ skavar, twaqqigħ u kostruzzjoni…

Kronaka

Tifla ta’ 10 snin u mara ta’ 44 sena spiċċaw l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun. L-inċident seħħ fi Triq tal-Barrani għall-ħabta tal-4pm bejn żewġ vetturi. Karozza minnhom kienet misjuqa minn mara…

Lokali

Fl-aħħar tletin sena, minn istitut f’Malta ta’ waħda mill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Magħquda, iggradwaw ‘il fuq minn 1,000 professjonist fil-qasam marittimu li huma mfittxija għal pariri legali mill-gvernijiet u l-industrija. It-tletin…

Aktar