Eurovision
Ara: Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Junior Eurovision Song Contest 2019

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Junior Eurovision Song Contest 2019 din is-sena qed issir ġewwa Silesian Theatre f’Katowice.  Dan it-teatru huwa ddedikat lil Stanisław Wyspiański u kien mibni bħala Teatru Ġermaniż bejn l-1905 u l-1907 mill-arkitett Carl Moritz.

Waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ, il-parteċipanti ser ikunu qed jieħdu sehem f’polza li ser tiddetermina l-pożizzjoni li Malta ser tkun qed tkanta fiha nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru.  Għall-ewwel darba, din is-sena ser ikun hemm ‘Gift Ceremony’, fejn kull pajjiż ħa jkun qiegħed itella’ rigal li jirrappreżenta lill-pajjiż li ġej minnu.  Fl-aħħar il-parteċipanti kollha jaqsmu dawn ir-rigali bejniethom bħala sens ta’ ħbiberija.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’dawn l-aħħar jiem żewġt ifkieren tal-baħar telgħu jbidu fir-ramel fuq xtajta Maltin u Għawdxin. Fekruna minnhom, telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa. Liema bajja, in-nies tafha aħjar bħalha Golden Bay. Il-fekruna, xogħolha…

Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Aktar