Festi
ARA: Iċċelebrata fis-Siġġiewi l-festa ta’ San Nikola, illum magħruf bħala Santa Klaws

Illum is-Siġġiwin qed jiċċelebraw il-festa ta’ San Nikola, fil-jum propju meta tiġi ċċelebrata din il-festa tal-qaddis patrun tas-Siġġiewi.

Dalgħodu fis-Siġġiewi mijiet ta’ nies ikkonkorrew bi ħġarhom għall-festa ta’ San Nikola.  Dan il-qaddis huwa meqjus bħala dak li llum jissejjaħ Santa Klaws.

San Nikola kien isqof ta’ Myra fil-Greċja, li wara mewtu l-għadam tiegħu ttieħdu Bari fejn inbniet Bażilika u hemm relikwa mirakoluża ta’ dan il-qaddis.

Maż-żmien nibtet devozzjoni kbira lejn San Nikola ta’ Bari, qaddis li huwa sinonimu mar-rigali li kien jagħti lill-fqar.

Dan il-ġest ta’ San Nikola iktar minn 1,600 sena ilu, aktarx wassal biex inħolqot il-figura li nafu llum ta’ Santa Klaws li jqassam ir-rigali fil-Milied.

Fis-Siġġiewi, kull sena fis-6 ta’ Diċembru tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Nikola tax-Xitwa, li ħafna drabi tkun preludju għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied.

Il-festa ta’ San Nikola li ssir fis-Sajf dejjem tiġi ċċelebrata fil-kalendarju ekkleżjastiku fl-aħħar Ħadd ta’ Ġunju.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar