Barranin
ARA: Iċedi pont li minn Genoa jagħti għal Firenze

Pont li jservi bħala triq bieżla fin-naħa ta’ fuq tal-Italja ċeda iżda nqabdu biss żewġ xufiera fit-tifrik minħabba li l-lockdown impost fil-pajjiż kollu kontra l-imxija tal-coronavirus waqqaf kważi għal kollox it-traffiku.

Kelliem għad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qal li l-pont ta’ 260 metru qrib il-belt ta’ Aulla li tinsab madwar nofs triq bejn Genoa u Firenza fir-reġjun tat-Toscana, ċeda għall-ħabta tal-10.25 a.m.

Fuq il-post marru l-ħaddiema mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili u ż-żewġ xufiera li nqabdu fl-inċident ittieħdu l-isptar għall-kura fejn ġew iċċertifikati li ġarbu ġrieħi ħfief.

F’Awwissu 2018, kien mietu 43 persuna meta ċediet triq fil-belt ta’ Genoa.