Politika
AĠĠORNAT: Id-delegazzjoni tal-PE temmen li l-Pulizija qed tagħmel xogħol serju

Il-kap tad-delegazzjoni ta’ MEPs li tinsab f’Malta qalet li l-Pulizija qiegħda taħdem b’mod serju u professjonali, u li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Sophie Intveld kienet qed titkellem wara li d-delegazzjoni kellha laqgħa ta’ kważi sagħtejn mal-Kummissarju tal Pulzija Lawrence Cutajar.

“What I see gives me the feeling that, yes, they are working very hard, it is not over yet, and that they are doing a professional job. I can also see the Europol are doing an active role, it is involved in large parts of the investigation.”

Dwar l-eks chief of staff tal-Prim Minsitru Keith Schembri, il-Parlamentanti Olandiża qalet li d-delegazzjoni tibqa’ kkonċerta bil-fatt li għadu meħlus meta hemm sensazzjoni li jista’ jkun ħati.

“Well you cannot be satisfied if somebody is out there when you have afeeling that they are guilty of very very serious crimes, but there is also due process and there are certain steps, and of course you need hard evidence and that of course is not easy at this stage.”

Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew żaret il-kwartieri ġenerali tal-Pulizija kmieni waranofsinhar. Din kienet waħda minn serje ta’ laqgħat li d-delegazzjoni qed ikollha ma’ rappreżentanti ta’ diversi istituzzjonijiet Maltin.

L-għodwa bdiet b’laqgħa mal-Prim Ministru u l-Ministru għall-Ġustizzja, u ssoktat b’laqgħat mal-President ta’ Malta u l-Avukat Ġenerali, u sal-lejla d-delegazzjoni skedata li tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra u mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Ara wkoll:

ARA: MEPs jitkellmu mal-midja wara laqgħa mal-PM f’Kastilja

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilbieraħ, il-President George Vella ħalla Malta għall-Polonja biex ikun jista’ jattendi għall-kommemorazzjoni ta’ meta l-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau nħeles minn taħt in-Nażisti. Dan hekk kif illum jaħbat il-75 sena mindu seħħ…

Kronaka

Raġel jinsab bi ġrieħi gravi wara argument fiż-Żebbuġ, Għawdex. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 23:50hrs fi Triq il-Port, fiż-Żebbuġ. L-argument seħħ bejn żewġ persuni; raġel barrani ta’ 39 sena residenti Ħaż…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 47 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà. Fi stqarrija ntqal li l-operazzjoni ta’ salvtaġġ seħħet ilbieraħ filgħodu bl-immigranti ddaħħlu Malta abbord lanċa tal-Forzi Armati, f’Xatt it-Tiben…

Aktar