Saħħa
ARA: Id-Deputat PM iwieġeb dwar il-problemi strutturali f’Monte Carmeli

Wara rapporti li saru fil-ġurnali b’rabta ma’ problemi strutturali f’Monte Carmeli, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wieġeb dwar ix-xogħlijiet li għaddejjin f’dan l-isptar, wara li kien mistoqsi jekk dan huwiex sigur għall-pazjenti.

Id-Deputat PM kien qed jitkellem meta dalgħodu żar ix-xogħlijiet li bdew fuq il-bini ta’ ċentru tas-saħħa reġjonali ġdid f’Raħal.

Huwa qal li l-isptar Monte Carmeli għandu 150 sena, u li meta sena u nofs ilu daħal l-ilma, minflok saru xogħlijiet temporanji bħal ma kien isir dejjem, ġie kkummissjonat studju dwar il-problemi strutturali tal-isptar.

Spjega li nbeda programm biex Monte Carmeli jsir sptar state of the art fuq medda ta’ ħames snin. Sostna li l-pazjenti kienu ġew evakwati minn dawk il-partijiet tal-isptar meqjusa mhux siguri.

Ara hawn il-kumment sħiħ tad-Deputat PM:

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Elezzjoni

Mis-sala tal-għadd tal-voti, dawk preżenti jinsabu fil-fażi tal-aġġudikazzjoni tal-vot – fejn il-voti li warrbu l-iscanners iridu jiġu aġġudikati mir-rappreżentanti tal-partiti fejn jieħdu deċiżjoni finali fuqhom. Il-proċess tat-35,00o vot aġġudikati jitlob…

Aktar