Saħħa
ARA: Id-Deputat PM iwieġeb dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne sostna li fuq is-sitwazzjoni tal-pandemija l-Gvern qed jaħdem bi trasparenza u għalhekk qed iħabbar l-imwiet kollha ta’ persuni li jkollhom il-Covid-19 b’mod regolari.

Mistoqsi dwar il-possibiltà tal-ftuħ mill-ġdid tal-bars, il-Ministru fakkar li l-avviż legali jgħodd sal-aħħar ta’ Novembru. Qal li għalkemm għadu kmieni biex wieħed jgħid fiċ-ċert x’se jiġri fl-ewwel jiem ta’ Diċembru, il-Gvern qed jagħmel il-previżjonijiet tiegħu, li abbażi tagħhom fil-jiem li ġejjin se jkun qed jitħabbar aġġornament fuq l-avviż legali.

Saħaq li n-numri ta’ persuni infettati f’Malta baqa’ stabbli, anki minħabba l-miżuri li ttieħdu, iżda l-mira hija xorta waħda li n-numri jonqsu.

Il-Ministru Fearne wieġeb ukoll dwar il-vaċċin tal-Covid-19, is-sistemi attwali fl-isptar fir-rigward tal-operazzjonijiet, kif ukoll dwar l-iswab centres.

Segwi hawn il-kummenti kollha li ta d-Deputat Prim Ministru lill-ġurnalisti dalgħodu: