Lokali
ARA: Id-Dwana b’cabin cruiser għall-bejgħ

Id-Dwana fi stqarrija qalet li se tkun qed tirċievi tenders għall-bejgħ ta’ cabin cruiser.

Id-dettalji dwar id-dgħajsa huma dawn:

Għalma: Sagittarius
Tul: 13.5 Metri
Wisa’: 4.75 Metri
Fond: 1.90 Metru
Magni: Caterpillar (tnejn, internal combustion, diesel)

Min jinsab interessat jista’ jibgħat tenders issiġillati lid-Direttur Ġenerali tad-Dwana f’Ħal Far Groupage Bonds, mit-Tnejn 22 ta’ Lulju sal-Ħamis 25 ta’ Lulju 2019, mit-08:00 sas-13:00 u l-Ġimgħa 26th ta’ Lulju 2019, mit-08:00 sal-12:00.

Wieħed jista’ jmur jara l-cabin cruiser, jiġbor u jissottometti t-tenders minn Ħal Far Groupage Bonds, Ħal Far (Tel: 79255657) fl-istess ħinijiet u dati kif indikat qabel.

Il-persuni li jissottomettu t-tenders se jiġu mitluba juru l-karta tal-identità jew passaport validi.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar