Barranin
ARA: Iddisprat u mbikkem – jitkellem sid id-dar f’Casteldaccia fejn mietu 9 persuni

Antonino Pace, il-propjetarju tad-dar mikrija f’Casteldaccia, f’Palermo, fejn mietu 9 membri tal-familja ta’ Giuseppe Giordano tkellem wara t-traġedja li laqtet lil żewġ familji fiż-żona.

Il-maltemp qawwi li ħakem l-Italja kollha ftit tal-ġranet ilu ħasdet ħajjet 13-il persuna f’Sqallija, fosthom 9 membri tal-familja Giordano, li kienu qed jgħixu f’dar mikrija f’Casteldaccia viċin ix-xmara Milicia.

Antonino Pace f’delirju jirrakkonta kif id-disprament ta’ Giuseppe jġorrha huwa wkoll u li jixtieq jgħannqu.

Huwa qal li kieku kien jaf bil-periklu li d-dar kienet tinsab fiha, ma kien jikriha qatt.

F’konferenza mal-ġurnalisti, Pace qal li huwa kien saħansitra jgħix hemmhekk għal xi żmien u qal li għalkemm kellhom jitwaqqgħu d-djar fiż-żona minħabba li nbnew illegalment u wisq viċin ix-xmara, qatt ma ttieħdet azzjoni u kollox tħalla kif kien.

L-avukat ta’ Pace qal li l-klijent tiegħu ngħata biss twissijiet dwar l-illegalità tal-binja u ma ġie mgħarraf qatt dwar il-perikli li kienet tinsab fiha.  Qal ukoll li l-familja Pace ġġorr id-dulur ta’ Giuseppe Giordano u se tħalli f’idejn il-ġustizzja. Żied jgħid li kulħadd kien jaf bil-maltemp qawwi li kien se jolqot l-Italja.

Ara wkoll:

ARA: Jitlef familtu fit-traġedja u jistaqsi għala ħadd ma wissieh bil-periklu

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifla ta’ sena fl-Indja tista’ tgħoddha b’waħda wara li ħarġet qawwija u sħiħa minn taħt ferrovija. Il-każ seħħ fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Mathura, f’Uttar Pradesh, meta t-tarbija waqgħet taħt il-pjattaforma fil-ħin…

Barranin

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, tinsab Brussell biex tiltaqa’ ma’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker. Hija qed tipprova tilħaq ftehim fuq ir-relazzjoni futura bejn…

Kurżitajiet

Bit-temp qed jiksaħ, bdew l-ewwel sintomi ta’ riħ fost bosta minna. Anke jekk l-influwenza mistennija tolqotna minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra, l-irjiħat, l-uġiegħ fil-griżmejn u l-viruses diġà bdew jaffettwaw…

Barranin

Tfajla Taljana ta’ 23 sena nsterqet ilbieraħ filgħaxija waqt li kienet fil-Kenja tagħmel esperjenza ta’ volontarjat ma’ tfal f’orfanatrofju. Mill-ewwel informazzjoni jidher li Silvia Romano ttieħdet minn grupp armat li…

Aktar