COVID-19
Ara: Ieqaf tliet minuti u ħossok kburi li Malti – ġmiel il-gżejjer Maltin f’filmat wieħed

Il-gżejjer Maltin, tarahom fuq mappa tistħajjilhom blata minsija mid-dinja f’nofs il-Mediterran. Mur obsor li ġenna tal-art. Minkejja ċ-ċokon tagħhom, kif tirfes fuqhom tintebaħ li dawn il-gżejjer iħaddnu storja liema bħalha u li huma kkaratterizzati minn pajsaġġ li jpaxxi l-għajn.

Mhux kulħadd jaħsibha l-istess. Mitt bniedem, mitt fehma jgħid il-Malti. Minkejja dan, il-poplu Malti u Għawdxi magħruf għall-qalb tad-deheb li sa minn dejjem ikkaratterizzat lil niesu. Poplu, mgħoni b’talent u b’abbiltajiet ta’ barra minn hawn.

F’dawn l-aħħar jiem, waqt il-kunċert ‘Għajta Waħda’ xxandar filmat ċkejken li jisraqlek qalbek. Il-Belt Valletta mixgħula fis-satra tal-lejl u l-baħar ċar kristall li jdawwar din il-ġawhra ta’ arċipelagu, fost l-oħrajn, iqajjmulek ġismek xewk xewk.

Poplu Malti, li meta sab ruħu f’diffikultà dejjem kellu l-ħila u rnexxielu jġaħġaħha. F’mumenti straordinarji, il-Maltin u l-Għawdxin dejjem ġibdu ħabel wieħed. U bħalissa, xejn anqas. Jekk nibqgħu nikkollaboraw, din l-isfida negħlbuha wkoll.

Għajta Waħda: Il-Ftuħ

‘Il bogħod minn xulxin iżda viċin f’qalbna, b’kull mezz u abbiltà nagħtu kuraġġ u tama, f’Għajta Waħda li tgħaqqadna…Għajta Waħda – Kunċerti Ta’ Għaqda Nazzjonali

Gepostet von Television Malta am Mittwoch, 27. Mai 2020

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Attività

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed itella’ lejla Mużiko-Letterarja bil-għan li jiċċelebra Jum l-Eroj Żwieten għada fit-8pm fi ħdan Ġnien l-Għannejja Żwieten magħruf bħala Ta’ San Girgor, iż-Żejtun. Serata, li…

Aktar