Barranin
ARA: Igawdi l-iktar min jiflaħ jixrob 3 buqari mimlijin

Fl-Eġittu, sid ta’ ħanut tal-juices li għadu kif fetaħ il-bibien qed jattira klijenti ġodda biex jixorbu 12-il litru mix-xarba poplari lokali tal-kannamieli (sugarcane).  Dan bħala parti mill-kampanja ta’ promozzjoni li qed jagħmel lill-ħanut ġdid tiegħu.

Ir-rebbieħ jingħata premju ta’ €5 u t-tellief ikollu jħallas l-istess ammont ta’ flus.  Din l-isfida bdiha biex jingħaqdu tim ta’ 3 persuni sabiex jirbħu voucher li jissarrfu f’xorb b’xejn għal sitt xhur.  Iżda dawn jirbħuhom jekk jirnexxielhom jixorbu t-tliet buqari kbar mimlijin juice.

Il-ħanut ‘Al-Bardisi Juice’ inbidel f’kalamita għall-klijenti li qed joħonqu l-inħawi biex jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni.  Il-ħanut fetaħ fl-1959 u sar popolari 4 snin ilu meta bosta gradwati mill-università bdew jorganizzaw dawn l-isfidi biex jattiraw lill-klijenti.

Din ix-xarba hija popolari ħafna fl-Eġittu u huma bosta l-ħwienet żgħar li jbiegħuha.  L-Eġizzjani jikkonsmaw mat-3 miljun tunnellata zokkor fis-sena, iżda jipproduċu biss 2 miljun tunnellata.  Id-differenza tiġi mpurtata mill-gvern u mis-settur privat.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħabbret li se tirriżenja minn kap tal-Partit Konservattiv fis-7 ta’ Ġunju. Hi se tibqa’ fil-kariga ta’ Prim Ministru sakemm jintgħażel suċċessur fit-tmexxija tal-partit, possibiment sal-aħħar…

Aktar