Kultura
ARA: Iġedded il-memorji li jġiblu t-Teatru Rjal

Il-prim vjolinist tal-Malta Concerts Orchestra, Antoine Frendo, kien mgħallem dan l-istrument minn dak li kien il-prim vjolinist tat-Teatru Rjal qabel ma twaqqa’ fit-Tieni Gwerra Dinjija. Sal-età ta’ 15-il sena Antoine Frendo kien student tal-prim vjolinist Carlo Fiamingo. TVM iltaqa’ ma’ Antoine Frendo fi Pjazza Teatru Rjal fejn ġedded il-memorji li jġiblu dan il-post.

Carlo Fiamingo kien il-prim vjolinist tat-Teatru Rjali sakemm dan twaqqa’ fit-Tieni Gwerra Dinjija, preċiżament fis-sebgħa t’april tal-1942 minn attakk mill-ajru. Qablu, missieru Giorgio Fiamingo, kien prim vjolinist fit-Teatru. Fi Pjazza Teatru Rjal iltqajna ma’ Antoine Frendo li tgħallem minn Carlo Fiamingo fit-Teatru Rjal stess u llum hu prim vjolinist tal-Malta Concert Orchestra.

“Kont student tiegħu sal-età ta’ 15-il sena u mxejt miegħu jiġifieri. F’daqqa waħda għedt ara mela dan kien hawn u qablu kien missieru Giorgio, probabilment wara li nħaraq (it-teatru) u reġa’ nbena fl-1877. Imbagħad missier għat-tifel, u t-tifel għall-istudent u bejnietna kien hemm tliet kwarti ta’ seklu u għaxart ijiem miegħu.”

Antoine Frendo spjega li Carlo Fiamingo għallem il-mużika għal madwar 60 sena. Is-sur Frendo wkoll hu mwieled f’familja mużikali. Nannuh, Giuseppe Frendo, kien ġej minn familja magħrufa għall-istrumenti tal-kordi fil-Birgu. Il-ġenituri tiegħu kienu t-tnejn pjanisti u hu attenda l-iskola ta’ Montessori fejn kienet tingħata attenzjoni anke lill-kant. Illum il-ġurnata Antoine Frendo hu parti mill-malta Concerts Orchestra u fi Frar li għadda għalaq iktar minn 55 sena mill-ewwel dehra tiegħu fuq il-palk.

Tkellimna ma’ Chris Muscat id-Direttur ta’ Pjazza Teatru Rjal li spjega li l-Malta Concert Orchestra ddoqq kunċerti regolari, madwar 10 kull staġun, li normalment ikunu ta’ mużika pop, jazz u rock. Staqsejna lil Chris Muscat x’inhu l-pjan ta’ Pjazza Teatru Rjal f’dan iż-żmien partikolari.

“Il-futur ta’ dan il-post huwa futur sabiħ bla dubju ta’ xejn, joffri ħafna sfidi imma għandu ħafna elementi pożittivi fih propju fil-ġurnata ta’ llum qed naraw x’se jsir minnu. Kif kulħadd jaf hemm il-proċess ta’ public consultation għaddejja u fl-14 ta’ Settembru se ssir l-aħħar laqgħa għall-pubbliku inġenerali.”

Chris Muscat qal li min jixtieq jattendi għal din il-konsultazzjoni pubblika jista’ jirreġistra fuq is-sit tal-Arts Council Malta.

Aħbarijiet Oħra

Il-kantanta Ruth Portelli il-ġimgħa li għaddiet kienet ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta ‘Kuruni’, fuq kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas. Fi kliem Paul Ellul, ‘il-kanzunetta titratta dwar…

Ġew irriġenerati 10 blokok ta’ appartamenti fl-oqsma tad-djar f’Ħaż-Żabbar b’investiment ta’ €700,000 li minnu gawdew 110 familji. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-binjiet ġew miżbugħa b’kuluri differenti biex…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Summit ta’ jumejn għall-mexxejja Ewropej li kellu jibda għada se jiġi pospost, wara li uffiċjal tas-siġurtà ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Minħabba f’hekk, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel kellu joqgħod fi kwarantina,…

Aktar