Mużika
Ara: Iħeġġu ‘l-poplu biex ikompli jiġbed ħabel wieħed fuq in-noti ta’ ‘We Are Family’

Is-soltu, il-membri tal-‘Brass House Unit’ imdorrija jaqsmu l-palk flimkien, quddiem xi sala mimlija sa ruħ ommha bin-nies, bil-għan li jpaxxu ‘l-pubbliku bil-mużika distinta tagħhom.

Madanakollu, f’dawn il-jiem, kawża tal-imxija tal-Covid-19, ninsabu fuq l-istess dgħajsa, ilkoll mifxula, b’bosta minnha mċaħħda mir-rutina tagħna ta’ kuljum.

Madanakollu, lill-membri tal-‘Brass House Unit’ xejn ma xekkilhom milli jżommu kumpanija lil xulxin, hekk kif ingħaqdu b’mod virtwali fuq in-noti ta’ ‘We Are Family’.

Liema kanzunetta, kif spjega d-direttur tal-band, Kevin Abela, intgħażlet bil-għan li jasal il-messaġġ li aħna lkoll familja waħda, u li f’dan il-mument straordinarju jeħtieġ li nibqgħu niġbdu ħabel wieħed, bit-tama li dan il-perjodu ma ndumux wisq ma noħorġu minnu.

Id-direttur tal-band żied jgħid, li dan iż-żmien huwa x-xoqqa f’moxtha biex dak li jkun jieqaf ftit u jgħożż aktar lill-għeżież tiegħu u lil dawk kollha ta’ madwaru. Ħaġa, li frott il-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum, kultant ftit li xejn nagħmlu.

F’messaġġ fuq Facebook, il-‘Brass House Unit’ raddet ħajr lil dawk il-persuni kollha li qed jaħdmu bla heda għall-poplu.

This is the time where we should appreciate what we take for granted in our daily routine, FAMILIES are the most…

Gepostet von Brass House Unit am Dienstag, 31. März 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi…

COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

Aktar