Barranin
ARA: Ikkonfermata r-rebħa ta’ Pete Buttigieg f’Iowa – jibda l-kampanja f’New Hampshire

Ċara l-istampa tar-riżultat tal-ewwel elezzjoni primarja fl-istat ta’ Iowa, fejn il-kandidat ta’ nisel Malti, id-Demokratiku Pete Buttigieg, ikkonferma l-vantaġġ żghir fuq ir-rival Demokratiku Bernie Sanders.

Il-kandidati Demokratiċi issa qed iħejju għall-elezzjoni primarja fl-istat ta’ New Hampshire. Il-vantaġġ bejn Buttigieg u Sanders huwa ta’ 0.1%.

Illejla stess fi New Hampshire jibdew id-dibattiti diretti bejn il-kandidati Demokratiċi, biex nhar it-Tlieta ssir l-elezzjoni primarja, kif ikomplu jsiru fl-istati Amerikani kollha, sakemm f’Lulju li ġej il-Partit Demokratiku jagħżel il-kandidati Presidenzjali li jikkontesta lill-President Republikan Donald Trump fl-elezzjoni Presidenzjali f’Novembru li ġej.

Ara wkoll:

ARA: Pete Buttigieg fuq quddiem fl-elezzjonijiet tad-Demokratiċi f’Iowa

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Barranin

Karozza nstaqet għal fuq il-folla waqt parata tal-karnival fil-belt Ġermaniża ta’ Volkmarsen. Tal-inqas għaxar persuni huma maħsuba li ndarbu. Kelliem għall-pulizija qalet li s-sewwieq qed jinżamm mill-pulizija. S’issa mhux ċar…

Barranin

Id-direttur ċelebri tal-films Harvey Weinstein instab ħati f’ġuri fuq żewġ atti tal-akkuża dwar abbuż sesswali fuq nisa. Weinstein li għandu 67 ma nstabx ħati iżda fuq l-iktar akkużi serji li…

Barranin

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Peter Pellegrini ħassar l-impenji kollha tiegħu wara li ħakmu deni ta’ żiemel u problemi fin-nifs. Iż-żmien fejn marad ma setax ikun agħar l-għaliex ġimgħa oħra mistennija l-elezzjoni…

Aktar