Temp
ARA: Il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa

Ir-riħ qawwi qed juri snienu.  Dan hekk kif il-baħar imqalleb f’xi nħawi qed iħalli l-ewwel marki fuq l-opri tal-baħar li jinsabu fl-inħawi fejn jaqbel l-iktar ir-riħ u fejn hemm imbatt qawwi.

Ritratti li ntbagħtu lil TVM juru dgħajsa tinkalja mal-blat li hemm fil-Bajja tal-Għażżelin f’San Pawl il-Baħar.  Evidenti wkoll id-debris li hemm fil-baħar kawża tal-ħsarat li saru lil din l-opra żgħira tal-baħar hija u taħbat bl-imbatt qawwi mal-blat li hemm fl-akwati ta’ din il-bajja.

Kull min għandu xi ritratti u/jew filmati ta’ sitwazzjonijiet li tiltaqgħu magħhom tistgħu tibgħatuhom fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar