Mużika
Ara: Il-banda 12 ta’ Mejju ta’ Ħaż-Żebbuġ b’innu marċ iddedikat lil min jaħdem fil-qasam mediku u ċivili

Kawża tal-imxija tal-Covid-19 din il-Ġimgħa Mqaddsa għadd ta’ dilettanti tal-festi, bandisti u volontarji oħra li ta’ kull sena jkollhom seba’ mitt sena biex f’dan iż-żmien tas-sena jieħdu sehem f’għadd ta’ marċi u purċissjonijiet sfaw imċaħħda mill-briju tal-festi tant għal qalbhom.

Minkejja dan, lis-soċjetà mużikali 12 ta’ Mejju ta’ Ħaż-Żebbuġ xejn ma żammha milli tingħaqad u tpaxxi ‘l-pubbliku bil-mużika distinta tagħha hekk kif nhar Sibt il-Għid għadd ta’ bandisti, għalliema u delegati fi ħdanha, ilkoll minn darhom, ma qatgħux qalbhom u għamlu kif setgħu biex idoqqu innu marċ il-ġmiel tiegħu.

Fi stqarrija fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, il-banda 12 ta’ Mejju qalet li fost l-oħrajn dan l-innu marċ tiddedikah lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam mediku u ċivili. Liema persuni f’dan il-perjodu straordinarju qed jagħtu qalbhom b’ħidma sfieqa lejl u nhar.