Lokali
ARA: Il-binja l-ġdida tal-ICT fl-MCAST approvata llum

Żewġ blokok li se jilqgħu l-Istitut tal-ICT fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid ġew approvati llum mill-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. Din il-binja, mifruxa fuq 3,420 metru kwadru, se tkun qed tieħu postha biswit iċ-Ċentru tar-Riżorsi fin-nofsinhar tal-art li fuqha huwa mibni l-kulleġġ.

Fis-sular ta’ taħt l-art l-istitut tal-ICT se jilqa’ l-Arkivji, parti mill-IICT, u d-Dipartiment tal-Informazzjoni għall-Immaniġjar tad-Data. Dan tal-aħħar se jilqa’ t-tekniċi tal-IT u l-User Support Area, l-uffċċju tal-IT Manager, il-College Management Information System (CMIS) Support Area, CMIS Manager Office, u ‘training rooms’.

Is-sulari ta’ fuq se jilqgħu l-53 laboratorji tal-IT u klassijiet, erba’ uffiċċji, boardroom, kmamar għal-laqgħat, kmamar għall-istaff u plant room.

Id-disinn ta’ din il-binja l-ġdida jikkumplimenta d-disinn taċ-Ċentru għar-Riżorsi u l-pjazza ewlenija. Fuq in-naħa ta’ wara tal-binja se jkun hemm ukoll ġnien li jagħti d-dawl u n-nifs lis-sular ta’ taħt filwaqt li jipprovdi post għall-kwiet fejn l-istudenti jistgħu jistudjaw.

Il-proġett, li hu parti mill-masterplan tal-MCAST, ser jiswa mad-€9 miljun, li 80% minnhom huma minn fondi Ewropej. Il-bini tal-proġett ser jibda fix-xhur li ġejjin u mistenni jitlesta lejn l-aħħar tal-2020.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Politika

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ikkonkluda li stqarrija li l-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici ħareġ, permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, ma kinitx tikser il-kodiċi ta’ etika. Il-Kummissarju Hyzler investiga ilment imressaq mill-Avukat…

Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Caruana Carabez, qal li se jinvestiga kemm hi kbira l-problema tan-nuqqas ta’ għalliema wara li fl-aħħar jiem uffiċjali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni ndikaw li tista’ tinħareġ sejħa…

Aktar