Kaċċa u Insib
ARA: Il-CABS tiffilmja raġel jhedded mara b’kelb fuq l-irdum tas-Sannat

L-għaqda CABS iffilmjat raġel li qalet li huwa nassab, u li allegatament beda jhedded mara li kienet qed timxi f’post pubbliku bil-kelb.

Intqal li l-każ seħħ ilbieraħ filgħodu fuq l-irdum tas-Sannat.

Fil-filmat ir-raġel jidher jgħajjat fid-direzzjoni tal-mara, li qed tippassiġġa mal-kelb, li ma jidhirx marbut biċ-ċinga.

F’ħin minnhom ir-raġel jaqbad ġebla minn mal-art u jidher li qisu se jwaddabha fid-direzzjoni tal-mara, iżda mbagħad telaqha minn idu.