Kurżitajiet
ARA: Il-Covid-19 qed iġġiegħel lin-nies ikunu iktar kreattivi?

Bit-tfal bla skola u l-ħin kollu d-dar, ħafna ġenituri qed jippruvaw ikunu kreattivi kemm jistgħu biex iżommuhom impenjati waqt li l-għalliema mhux biss qed jagħtuhom lezzjonijiet virtwali iżda joħolqu ftit divertiment b’xi logħba bingo online kif għamlet Yvette Cassar Conti mill-iskola St Benild fost 50 familja.

Fir-Renju Unit, saċerdot ukoll ipprova juża l-media soċjali biex jikkomunika man-nies. Iżda fl-ewwel tentattiv online jispjega l-liturġija, għal ftit ma kienx se jispiċċa l-isptar. “Oh dear, I just caught on fire!”

U b’aktar nies iqattgħu ħafna ħin quddiem l-iscreen – kemm tat-TV kif ukoll tal-mobile jew il-laptop – ma jonqsux il-kanzunetti jew parodiji.

Internazzjonalment, Bohemian Rhapsody tal-Queen tibqa’ klassika għal sitwazzjonijiet bħal dawn.

Ispirat l-aktar mill-paniku tan-nies għat-toilet paper, Chrs Mann ukoll kien kreattiv bil-kanzunetta ‘My Corona’.

U fost il-miljuni ta’ videos li qed jittellgħu online hemm wieħed li l-protagonisti fih huma l-infermiera u t-tobba li huma l-protagonisti f’din il-gwerra.

Fl-Irlanda ta’ Fuq, għoxrin ħaddiem tas-saħħa għadu mbegħdin minn xulxin fid-daħla tal-Isptar imsejjaħ ‘Mater’ u b’mod sempliċi appellaw lin-nies biex joqgħodu d-dar għax fi kliemhom din hi l-akbar kriżi medika ta’ żmienna.

Ara wkoll:

Ara x’għamlu dawn iż-żewġ aħwa biex jawguraw lil ommhom f’għeluq sninha

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

F’dan iż-żmien fejn kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni riżultat tal-pandemija Covid-19, il-Maltin mhux biss qed juru solidarjetà ma’ xulxin iżda saħansitra ma’ persuni li ma jafux li jinsabu mal-ħamest elef kilometru…

Barranin

Għalkemm l-Italja tibqa’ bl-ogħla numru ta’ mwiet bil-COVID19, in-numru ta’ nies mejta baqa’ nieżel ‘l isfel iżda fi Spanja, il-mewt reġgħet qajmet rasha. U fiċ-Ċina għall-ewwel darba minn meta faqqgħet…

COVID-19

Jekk ma ħasditx l-awtoritajiet tas-saħħa, l-aħħar ċifra ta’ 52 persuna infettati bil-virus, żiedet l-ansjeta fost ħafna fil-popolazzjoni. TVM staqsa l-istatistiku Dr Vincent Marmara jekk dan in-numru ta’ infezzjonijiet ġodda jbiddilx…

COVID-19

53 impjegat minn kumpanija privata li kellhom jieqfu mix-xogħol minħabba l-imxija tal-COVID19, se jxammru l-kmiem biex jaħdmu fuq progetti ta’ manutenzjoni f’żoni turistiċi. Għall-impjegati tal-kumpanija Ozo Malta li xogħolhom jiddependi…

Aktar