Ambjent
ARA: Il-Fajtata f’Marsaskala b’dehra isbaħ – iktar ramel u doċċi ġodda

Il-bajja tal-Fajtata f’Wied il-Għajn ġiet riġenerata biex issa għandha faċilitajiet aħjar u ta’ aktar serħan il-moħħ.

Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi spjega li l-bajja ġiet riġenerata b’ramel naturali, b’metodu ambjentali nadif li kien maqbul mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.

Spjega li bl-intervent li sar, il-bajja kibret u r-ramel żdied, tant li għatta partijiet li kien fihom iċ-ċagħaq u għalhekk sar aktar faċli li l-pubbliku jinżel u jitla’ mill-baħar. Il-bajja ġiet mgħammra b’faċilitajiet oħra, fosthom doċċi, filwaqt li se jitkompla s-servizz tal-life guards.

Il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi u l-Awtorità tat-Turiżmu ħadet ħsieb tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ fi ġnien li hemm qrib il-bajja.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Riċerkaturi Maltin jistgħu jibbenefikaw minn boroż ta’ studju offruti mill-gvern biex iwettqu r-riċerka ta’ dottorat u post-dottorat fil-European University Institute f’Firenze. Ftit tal-jiem ilu, Matthias Ebejer beda l-istudji tiegħu għad-dottorat….

Festi

Hija t-tradizzjoni li għandha l-għeruq tagħha fil-bidu tal-ħamsinijiet u li tiċċelebra d-devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja permezz ta’ pellegrinaġġ bil-muturi u r-roti. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż Żabbar jikkonkludu l-istaġun tal-festi tas-Sajf….

Kronaka

Kenneth Cassar ta’ 38 sena mill-Isla ġie akkużat li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda fl-Isla saq vettura b’manjiera perikoluża, laqat tliet karozzi u baqa’ sejjer. Cassar ġie…

Ambjent

Fl-għeluq tal-ħames konferenza annwali mis-Soċjetà MALTNUM, Malta Model United Nations Society, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia qal li l-akbar sfida li qed taffaċċja d-dinja bħalissa hija t-tibdil fil-klima. Qal li d-dinja…

Aktar