Annimali
ARA: Il-far jiekol l-ikel tal-qtates, u l-qtates iħarsu lejh

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien.

Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’ entużjażmu, waqt li far qiegħed jiekol kemm jiflaħ.

Il-qtates la dehru interessati jieklu l-ikel, u wisq inqas lill-far.

Ir-resident li tella’ l-filmat fuq il-midja soċjali qal li qtates mitmugħa l-ħin kollu mhumiex se jattakkaw il-ġrieden, anzi jseħħ bil-kontra, u l-ikel jispiċċa jħammeġ u jattira l-firien.

Xi wħud ikkummentaw li l-qtates huma wisq żgħar biex jagħmlu għall-far, waqt li oħrajn qalu li l-ikel li tpoġġa fuq iċ-ċint mhuwiex addattat għall-qtates.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Kronaka

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bi quad bike f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur meta tfajla ta’ 23…

Kronaka

Sewwieq ta’ mutur ġie rikoverat wara li kellu inċident f’ Triq il-Kosta għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta…

Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Aktar