Kultura
ARA: Il-Filippini jiċċelebraw il-festa ta’ Santo Nino f’Wied il-Għajn

Hu stmat li madwar 4,000 Filippin jgħixu f’Malta. Il-komunità Kattolika Filippina qed tingħata opportunità li żżom ħajja tradizzjonijiet reliġjużi tagħha anke f’Malta.

Il-Kapillan tal-Paroċċa ta’ Wied il-Għajn, Fr Roderick Camilleri, flimkien ma’ Fr Victor Agius, stiednuhom biex jorganizzaw il-festa ta’ Santo Nino li tirrappreżenta l-qdusija ta’ Ġesù tarbija.

Il-Ħadd filgħodu, max-xatt ta’ Wied il-Għajn, il-Filippini żifnu u kantaw wara l-istatwa ta’ Santo Nino li kien imdawwar bil-fjuri li ‘l quddiem jittieħdu mill-familja f’darhom bħala devozzjoni.

Fr Victor Agius li jaf sew il-kultura Filippina għax qatta’ 30 sena f’ħidma missjunarja f’dan il-pajjiż stqarr li fil-Filippini din hija festa kbira ċċelebrata fit-tielet Ħadd tas-sena.

“Santo Nino fil-Filippini hija festa kbira li jiċċelebrawha siegħa Manila, Sebu li hija gżira fiċ-ċentru tal-Filippini, u anke f’Panai fejn għandhom l-istil tagħhom ta’ Santo Nino, li huwa l-qaddis tal-Filippini kollha li f’kull dar issib l-istatwa tiegħu f’kull familja.”

Dasey Castro li ilha tgħix Malta tliet snin, u Dante Sarita li ilu hawn sitt snin, jgħidu li din hija festa ta’ devozzjoni kbira.

“It is a celebration we usually make it extravagant so that every body enjoys the feast, it is our way to say thanks to our lord Jesus Christ because all the blessings come from Jesus Christ, viva Santo Nino!”

“Santip in our dialect means call u signor is calling to god, Santo Nino the holy child. it means to me a lot because it brings the people together especially in Malta we bring unity in diversity.”

Fil-Knisja ta’ Sant’Anna kienet iċċelebrata quddiesa animata mill-kor tal-komunità Filippina u wara ikla tradizzjonali ta’ dan il-pajjiż ikkaratterizzat mill-ħanżir mixwi fejn kien mistieden kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Riċerka

L-użu tal-Malti u l-Ingliż ser jiġi analizzat permezz ta’ serje ta’ seminars organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti taħt il-patriċinju tal-President George Vella. Thomas Pace, id-direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti qal li l-istudju…

Stejjer Umani

F’Dar Frate Jacoba f’Marsaskala, sibna żewġt itfal qed jiġu mgħallma s-sengħa tar-raħħala, b’nagħġa għadha twelled u qed tisqi lill-frieħ tagħha. Fr Ray Scicluna li ilu jmexxi d-dar qalilna li t-tmint…

Aktar