Mużika
Ara: Il-ftira sħuna tajba, stedina mhux ta’ min jitlifha għal Dorian Cassar

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fuq Television Malta, fis-7.00pm, jixxandar ‘Magic Malta Music Show’. Programm, ismu miegħu, relatat mal-mużika, u ppreżentat minn Dorian Cassar.

Liema preżentatur, għal madwar nofs siegħa, idoqq għadd ta’ kanzunetti, u minn ġimgħa għal ġimgħa, jistieden ‘il xi ħadd bil-għan li jitħaddet miegħu fuq l-aħħar żviluppi mix-xena mużikali.

U, illejla, Dorian kellu lil Carlo Borg Bonaci, li ta’ kuljum ibakkar sabiex b’leħnu jżomm kumpannija lill-eluf li aktarx filgħodu jkunu sejrin għax-xogħol.

Bejn diskussjoni u oħra, lil Dorian, Carlo għamillu stedina speċjali. Stiednu, sabiex fis-7 ta’ Marzu jippreżenta l-Malta Music Awards. U, la l-ftira sħuna tajba, Dorian, mal-ewwel tah kelmtu li ser jidħol għaliha b’ruħu u b’ġismu.

Din is-sena se tkun il-25 edizzjoni tal-Malta Music Awards. U, fl-isfond ta’ dan l-anniversarju, qed jiġi mħejji spettaklu l-ġmiel tiegħu, imfassal mill-aqwa talent mużikali lokali.

https://www.facebook.com/maltamusicawards/photos/a.317091775057308/2376645009101964/?type=3&eid=ARC1PaJBTPuHhKiggDHZruDCpEuP1H9GP7tkaVFPDO3i5e608PSRtCL3uz0ruXGtd9swkG0q4ae-W4ze&__xts__%5B0%5D=68.ARCI2wX2SW774Eh4lEIoenNoOV1ej9l3jUCMWqs90vhs99K8TFDeMmUj0cTH5sCF8eDV_vD3tjxhKu9XvhCp_ZJCoE6fKE9fM9hlxnJYg9W27x2aIB60y6SIIoutovhM7HkBy5WQFRKD_fFFfXhnOKbryse5TEFUxKTbOw2yETePuFmLhs7XFckcxLOCuAQd8AkMyogMXpSbfLhuCkpEW5CvxVEUwpugB4hI-0l9wOpAa7ofKUE2hCr9AEcHdzyym12fLFNgVGu-YzKN_6ldMLqLLKmWC8GT70wCwI7V4nnC71yHb2V_yg327Hd9NgpREPCNH_bEUrNCRPME-oCOPhicsQ&__tn__=EEHH-R

Intant, inti wkoll tista’ tibda tgħid tiegħek, hekk kif il-premju għall-aqwa kanzunetta tħalla f’idejn il-pubbliku. Tista’ tivvota għall-aktar kanzunetta għal qalbek, billi żżur dan is-sit.

U, jekk bħal għada ġimgħa tixtieq tkun fis-sala, tista’ tixtri l-biljetti minn hawnhekk.

Aħbarijiet Oħra
Artiklu bi ħlas

Apparti l-għajnuna ewlenija tal-Covid Wage Supplement, il-Malta Enterprise qed toffri għadd ta’ miżuri oħra ta’ għajnuna bil-għan li tagħti daqqa t’id lin-negozji u lill-impjegati kawża taż-żmien partikolari li lkoll ninsabu…

Ilbieraħ filgħaxija, Fr Charles Tabone wassal sessjoni oħra t’eżerċizzi, bil-għan li l-eluf ta’ reliġjużi li ta’ kull sena f’dawn il-jiem joħonqu l-għadd ta’ knejjes madwar il-gżejjer Maltin, minkejja l-imxija tal-Covid-19,…

Kurżitajiet

Għadd ta’ korijiet f’Malta u Għawdex qed isibu mezz kif ikomplu bit-taħriġ, u anki jirrekordjaw siltiet ġodda – kollox b’mod virtwali. Fost dawn hemm il-kor tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa, li f’dawn…

Barranin

Shenzhen saret l-ewwel belt fiċ-Ċina li qed tipprojbixxi l-bejgħ tal-klieb u l-qtates biex jittieklu. Id-deċiżjoni qed ikun irrappurtat li ttieħdet wara li l-bidu tal-coronavirus ġie assoċjat mal-konsum ta’ annimali selvaġġi….

Aktar