Toroq
ARA: Il-gverta tal-pont fi Vjal l-Avjazzjoni tittella’ f’postha

Fuq kull naħa ta’ Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u l-Gudja, inbnew żewġ pilastri tal-konkos għoljin seba’ metri li jinkludu rampi ta’ garigor biex minnhom il-pubbliku jkun jista’ jitla’ u jinżel b’mod komdu biex jaqsam din it-triq traffikuża minn fuq pont. F’nofs l-istrutturi saru wkoll liftijiet biex il-pont ikun aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.

It-tlestija tal-bini taż-żewġ pilastri ppermetta li fuqhom titpoġġa l-gverta tal-pont li b’tul ta’ 34 metru jaqsam min-naħa għal oħra tat-triq li tieħu ħames karreġġjati ta’ vetturi. Il-gverta tal-azzar li tiżen 43 tunellata nħadmet f’fabbrika f’Venezja u wara li nġiebet Malta ġiet immuntata f’Ħal Far. It-Tnejn filgħaxija l-gverta nġarret lejn is-sit tal-proġett fejn intrefgħet minn krejnijiet li poġġewha f’postha.

Il-pont il-ġdid b’investiment ta’ żewġ miljuni u tliet mitt elf ewro se jipprovdi aċċess aktar sigur għal dawk li jużaw it-trasport pubbliku jew il-korsija għar-roti u l-bankini li jwasslu lejn l-ajruport u nħawi oħrajn fil-viċin fosthom l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-uffiċini ta’ diversi kumpaniji li joperaw ħdejh.

Infrastructure Malta qalet li l-ħsieb tagħha hu li tlesti dan il-proġett sas-Sajf li ġej u jista’ jkun kofinanzjat mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar