Toroq
ARA: Il-Gżirjani jgħerqu fid-drenaġġ ma’ kull ħalba xita

Il-Gżirjani li jgħixu fi Triq tas-Sliema lmentaw ma’ TVM li ma’ kull ħalba xita jispiċċaw mgħarrqa fi splużjoni ta’ drenaġġ.

Resident qal li din il-biċċa tax-xogħol tiġri ta’ spiss bit-triq tispiċċa miksija drenaġġ u ħmieġ.

Meta tkellem ma’ TVM, ir-resident qal li r-riħa tkun insopportabbli tant li r-residenti ma jazzardawx jiftħu t-twieqi. Huwa appella lill-awtoritajiet jindirizzaw il-problema għas-sigurtà u s-saħħa tal-Gżirjani u t-tfal li jattendu l-iskola fl-istess triq.

Minkejja li jsiru diversi rapporti bl-awtoritajiet ikkonċernati dejjem imorru fuq il-post biex jindirizzaw il-ħsara, l-istorja tibqa’ tirrepeti ruħha kull darba li jagħmel ftit maltemp.

 

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar