
Mijiet ta’ partitarji ta’ Ħamrun Spartans F.C. ħarġu fi Strada Rjali jiċċelebraw ir-rebħa kontra Hibernians F.C.
It-tim tal-Ħamrun Spartans ġab ir-rebħa bi skor lejn l-aħħar tal-logħba. L-iskor finali kien 1-0, liema rebħa ġabet lit-tim pass ‘il bogħod milli jieħu l-lig.
Kif wieħed jistenna din ir-rebħa nislet ferħ fost il-partitarji li qed jistennew li jieħdu l-lig. L-aħħar li ħadu l-lig Ħamrun Spartans F.C. kien madwar 30 sena ilu.
Bħallissa tul Strada Rjali wieħed jista’ jilmaħ għadd ta’ karozzi bis-sewwieqa jpaqpqu kif ukoll tixjir ta’ bnadar. Fost dawk li qed iduru u jiċċelebraw hemm il-President tal-Klabb Joe Portelli.
Għal aktar dettalji dwar il-logħba ara:
Kampjonat BOV Premier: L-Ispartans jirbħu kontra l-Pawlisti, pass importanti lejn it-titlu