Barranin
ARA: Il-ħerba li ħalla warajh il-maltemp fi Spanja

Ix-xita qalila li qed tagħmel f’Valencia, Murcia u Alicante kkawżat ħerba sħiħa tant li pparalizzat lir-residenti.

It-toroq ta’ xi reġjuni mtlew ilmijiet u tajn b’eluf ta’ karozzi spiċċaw inġarru mill-kurrent. Il-kwantità ta’ ilmijiet li għamel kważi għarraq dawk id-djar maġenb ix-xmajjar.

https://www.facebook.com/VEGABAJADIGITAL/videos/382172206059785/?v=382172206059785

L-ilmijiet ta’ Clariano għola b’9 metri f’temp ta’ sagħtejn madwar Aielo de Malferit, belt viċin Valencia u kawża t’hekk tfarrak pont tas-seklu 16.

Linji ferrovjarji u toroq ingħalqu bħala prekawzjoni filwaqt li l-maltemp qawwi qaċċat diversi siġar u ċnut.

Kawża tal-maltemp, mietu koppja anzjana li nġarru mill-ilma bil-karozza b’kollox mentri madwar 13-il persuna oħra ġew salvati minn karozzi jew bjut f’Albacete.

https://www.facebook.com/EnamoradosAlicante/videos/2447768095494904/

Ara wkoll:

Fi Spanja: Koppja anzjana tmut wara li xita qalila ġarrithom bil-karozza b’kollox

Aħbarijiet Oħra

Minn għada TikTok u WeChat mhux se jkunu jistgħu jitniżżlu mill-app stores fl-Istati Uniti, sakemm il-President Donald Trump ma jilħaqx ftehim fl-aħħar ħin. L-amministrazzjoni ta’ Trump temmen li dawn l-apps…

Fil-Kanada raġel ġie arrestat wara li ħa nagħsa waqt li l-vettura Tesla, li tinstaq waħidha, rreġistrat veloċità ta’ 150 kilometru fis-siegħa. Il-pulizija sabu li waqt li l-vettura kienet qed tinstaq…

Skont il-figuri tal-Università John Hopkins fl-Istati Uniti, l-għadd ta’ nies infettati bil-Covid-19 qabeż it-tletin miljun, fejn mietu 940,000. L-iktar dawk milquta ħażin huma l-Istati Uniti, l-Indja, u l-Brazil, iżda qed…

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat li tinsab imħassba serjament bil-mod kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-COVID-19 fl-Ewropa. Dan hekk kif il-każi attivi fil-kontinent qabżu l-għadd ta’ każi f’Marzu li għadda. L-imxija tal-COVID-19…

Aktar