Lokali
ARA: Il-ħerba li ħalliet karozza tal-linja fi Triq Sant’ Anna

Is-central strip ta’ Triq Sant’ Anna, fil-Floriana, ħadet tqarwiża ġmielha wara inċident b’karozza tal-linja kmieni dalgħodu.

Għadd ta’ siġar tal-palm tqaċċtu għal kollox, wara li xufier ta’ xarabank tal-MPT għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ tielgħa fuq is-central strip.

Wara li l-karozza tal-linja tneħħiet minn fuq il-post, marru wkoll ħaddiema mid-Direttorat għat-Tindif biex jiġbru s-siġar imkissra u jneħħu l-periklu għas-sewwieqa.

Segwi fil-filmat:

Ara wkoll:

Karozza tal-linja tidħol ġo arblu u siġar fil-Floriana

Aħbarijiet Oħra
Politika

Stennija għal direzzjoni mill-President ta’ Malta George Vella dwar il-kariga tal-Kap tal-Oppożizzjoni skont kif inhu ggwidat mill-kostituzzjoni. Fl-aħħar jumejn, il-President Vella iltaqa’ mad-deputati eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista biex jara kif ser…

Ikel

Is-sħana qed tagħmel tagħha u ġelat jinżillek għasel. Iżda id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku sabiex ma jikkonsmax il-ġelat tad-ditta Smiles li jinbiegħ f’volumi ta’ żewġ litri.  Smiles informat lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali li…

Mużika

Il-prekawzjonijiet minħabba l-Covid qanqlu l-ħtieġa għal aġġustamenti fil-mod kif jiġu organizzati l-festivals u l-avvenimenti. Għal dan il-għan, Festivals Malta fasslet Festival li qed issir abbord double decker li qed iddur…

Aktar