Brexit
ARA: Il-kap tad-delegazzjoni Laburista Ingliża fil-PE mhux konvint li Brexit se jseħħ

Sitt xhur ‘il bogħod mill-ħrug mill-Unjoni Ewropea, u r-Renju Unit għadu maqsum. Mhux biss bħala poplu, mhux biss fil-House of Commons, iżda anke fi ħdan il-partiti ewlenin.

Rapporti qed jindikaw li għad m’hemmx qbil dwar il-fruntiera għall-Irlanda ta Fuq, b’deputati jgħidu li din tista’ tikkomprometti s-sovrenità li qed jiġġieled għaliha r-Renju Unit.

“Brexit has devastated London, it has dropped the economy, you can see the pound currency exchange. Less people are coming to London because they are scared,” qal Ronnie, li jbigħ is-souveniers fiċ-ċentru ta’ Londra.

Il-kummenti ta’ Ronnie jikkonfermaw dak li qal lil Television Malta l-membru tal-Parlament Ewropew Ingliż, Richard Corbett, li minkejja l-vot ta’ sentejn ilu, il-poplu Brittaniku għadu maqsum.

“It was expected that the public would rally after the result of the referendum, people would say now we’ve had our debate, we’ve voted, let’s get on with it. That has not happened… public opinion has gone the other way,” qal Corbett.

L-aħħar stħarriġ ta’ Yougov qed juri li dawk favur li jibqgħu fl-UE jaqbżu bi żbrixx il-50%.

Mistoqsi jekk hux qed igawdi l-aħħar xhur fil-Parlament Ewropew qabel ir-Renju Unit ma jibqax stat membru tal-UE, Richard Corbett, il-kap tad delegazzjoni Laburista Ingliża, għadu mhux konvint li Brexit se jseħħ.

“It is likely Labour will be voting against the Brexit deal when it comes back to the House of Commons. If it is rejected by the House of Commons, then we think all options should be on the table, including reconsidering Brexit entirely,” sostna Corbett.

Corbett qal li Theresa May għandha żewġ għażliet: jew li jitilqu minn kollox, inkluż mis-suq waħdieni, li fi kliemu tkun daqqa kbira għall-ekonomija Ingliża, jew li jibqgħu fih iżda jkollhom iħarsu r-regoli tal-UE mingħajr ma jkollhom sehem fid-deċiżjonijiet.

“Neither of those choices is very good and it is not surprising that Britain, and especially the government, is wrestling with itself on what it should do,” qal Corbett. Huwa ammetta li hija deċiżjoni diffiċli għal kull gvern.

Il-Prim Ministru May iżda qed issostni li l-pjan tagħha hu l-aqwa ftehim li jistgħu jilħqu.

“I believe we will get a good deal. We’ll bring that back from the EU negotiations and put that to Parliament. I think that the alternative to that will be not having a deal, because I don’t think there will be. A. I don’t think that negotiations would have that deal and B. we’re leaving on the 29th of March 2019,” qalet May.

Madanakollu, mhux ċert jekk May hux se jirnexxielha tikseb it-320 vot li għandha bżonn mill-House of Commons biex jgħaddi l-ftehim.

 

Aħbarijiet Oħra
Sport

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien…

Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Aktar