Budget2021
ARA: Il-Kap tal-Oppożizzjoni bl-ewwel reazzjoni għall-baġit

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista qal li l-baġit 2021 huwa baġit ta’ Gvern li għejja, u li moħħu fl-elezzjoni li jmiss.

Huwa qal dan meta kien qed jagħti l-ewwel reazzjoni għall-budget 2021 ippreżentat illejla fil-Parlament.

Dr Grech qal li l-baġit mhuwiex wieħed li jinċentiva l-ekonomija biex tissaħħaħ wara li tkun ġiet megħluba l-pandemija. Żied li l-Gvern qed jirriċikla l-ideat u mhux kapaċi jindirizza l-bżonnijiet tan-nies.