Kurżitajiet
ARA: Il-karozza b’magna ta’ ajruplan se tinstaq f’Malta

L-għamla tagħha hi ta’ dragster, iżda l-magna hija ta’ ajruplan, kif jikkonferma l-ħoss hekk kif tistartja.

Nitrolord inbniet is-sena li għaddiet fl-Istati Uniti, u nhar il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far se tagħti spettaklu lill-pubbliku, hekk kif se tinstaq għall-ewwel darba f’tentattiv li tikser rekord Ewopew, kif spjega lil TVM is-Segretarju tal-Malta Drag Racing Association, Reuben Micallef.

“Din il-karozza l-ewwel se tagħmel wirja ta’ nar kbir, bħal ma jagħmel jet ta’ ajruplan qabel jitlaq, imbagħad tipprova tagħmel ir-run tal-kwart mil li hu 1,320 pied – 402 metres tipprova tiksirhom f’inqas minn 5.3 sekondi,” qal Micallef.

Hekk qed jittama wkoll is-sid ta’ dan il-jet dragster, l-Inġinier Awstrijakk Alexander Pilshofer, li ddeċieda li jirreġistra u jżomm il-karozza f’Malta, għalkemm spjegalna kif fix-xhur li ġejjien se tkun qed tagħti wirjiet spettakolari lid-dilettanti tal-karozzi f’diversi pajjiżi oħrajn.

“We hope it’s one of the fastest cars in the world, and maybe we need half a year to better understand all technical aspects and break the 5 seconds in a quarter mile,” qal Pilshofer.

Il-Jetcar taħli mas-sittax-il gallun fjuwil tal-ajruplani jew terz ta’ tank kbir biex tinstaq tul ta’ erba’ mitt metru. Mhux kull sewwieq kapaċi jsuq karozzi bħal dawn, tant li sidha stieden lis-sewwieq t’esperjenza Martin Hill biex ikun hu li jsuqha għall-ewwel darba. Spjega li meta jsuq karozzi daqstant veloċi, jħoss emozzjonijiet differenti.

“It’s a bit like a rollercoaster until you get to the top of the hill, you start going down, and these just accelerate harder further down the track they go,” spjega Hill.

Il-karozza, li kapaċi tgħaddi Jet-Fighter, se tkun l-attrazzjoni ewlenija waqt tliet ijiem t’attivitajiet li l-MDRA se torganizza bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd f’Ħal Far, biex jinġabru fondi għal Blue Light Foundation li waqqaf il-kuntistabbli Simon Schembri.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Aktar