Televiżjoni u Radju
Ara: Il-kmamar li kienu jgħixu, jinħaslu u jorqdu fihom ir-Reġina Eliżabetta u l-Prinċep Filippu f’Malta

Matul it-tieni episodju, illum, id-dokumentarju kulturali ‘Il-Muxrafija’ se jkun qed jixref ġo Villa Guardamangia. Villa, f’Tal-Pietà. L-unika proprjetà barra r-Renju Unit li r-Reġina Eliżabetta u l-Prinċep Filippu kienu jsejħulha darhom.

F’dan l-isfond, il-programm se jagħti stampa ċara tal-ħajja li kienet tgħix f’Malta il-koppja rjali fil-bidu taż-żwieġ tagħha kif ukoll kif eventwalment it-talija villa spiċċat proprjetà tal-Gvern.

Illum ukoll, ‘Il-Muxrafija’ se jżur Ħal Għaxaq bil-għan li t-telespettaturi jsiru aktar midħla tad-Dar tal-Bebbux. Fost l-oħrajn, id-dokumentarju se jitħaddet il-għaliex aktar minn 100 sena ilu Indrì Dimech żejjen il-faċċata ta’ daru b’arzell u qxur ieħor ta’ frott tal-baħar ta’ kull xorta.

‘Il-Muxrafija’ jixxandar illum fil-5.30pm fuq TVM.