Kultura
ARA: Il-koppla finta fil-Katidral t’Għawdex lura għall-glorja tagħha

Inawgurat ir-restawr estensiv li sar fuq il-pittura famuża tal-koppla finta tal-Katidral t’Għawdex. It-tila li nqalgħet sena ilu u reġgħet lura f’postha, għoxrin metru ‘l fuq mill-art, biex tkompli titgawda fil-glorja oriġinali tagħha. Ir-restawratur Pierre Bugeja sejjaħ ix-xogħol fuq din l-opra tal-arti bħala sfida kbira.

“Kienet sfida kontinwa minħabba d-diffikultajiet li ltqajna magħhom. Hija l-ikbar pittura li nqalgħet minn postha, tniżżlet u nġiebet Malta għar-restawr. Anke biex iniżżluha u t-trasport tagħha, l-isfida kienet kbira. Tiżen nofs tunnellata u fir-restawr ridna nużaw materjali li jibqgħu jservu għal ħafna snin oħra.

Il-koppla finta tal-Katidral t’Għawdex hi xogħol ta’ Antonio Manuele ta’ Messina maħdum fl-1739, u hi l-ikbar pittura fl-istil tagħha fil-gżejjer Maltin – magħrufa bħala arti trompe l’oeil – illużjoni artistika. Jingħad li minħabba li ma kienx hemm fondi biżżejjed biex tinbena l-koppla, din inbniet ċatta iżda fuqha tpittret il-koppla mistħajla, li tant viżitaturi jammiraw meta jżuru dan il-katidral.

Is-Sur Noel Formosa responsabbli mill-proġett qal li permezz ta’ dan il-proġett, qed isiru xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni fi tlettax-il knisja f’Għawdex. “Dan il-proġett ta’ koppla finta għandu importanza kbira u kien għalhekk li aħna għażilna li fost il-proġetti kollha li qegħdin nagħmlu f’Għawdex, indaħħlu dan il-proġett, mhux biss għad-dinja tal-arti f’Għawdex, imma wkoll għall-arti b’mod inġenerali dinjija.”

Dan ir-restawr hu parti mill-proġett li qed jitwettaq mill-Assoċjazzjoni Kura fi ħdan id-Djoċesi ta’ Għawdex, b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea. Il-Ministru t’Għawdex, Justyne Caruana, qalet li x-xogħol sar minn fond ta’ żewġ milun ewro u nofs maħsub għal iktar xogħlijiet biex jitħares il-patrimonju storiku Għawdxi.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

COVID-19

Il-Gvern illejla ħabbar li minn grupp ta’ immigranti li lbieraħ iddaħħlu Malta ġew iżolati u sarilhom swab test għall-Covid19, fejn 16 minnhom irriżultaw fil-pożittiv. Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim…

Kultura

Bħal għada filgħaxija, lejlet il-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, id-dilettanti tan-nar kienu joħonqu ż-żoni ċentrali ta’ Malta biex isegwu l-ispettaklu ferm mistenni tal-logħob tan-nar. Din is-sena, minflok fl-għelieqi jħejju għal dan…

Aktar