Lokali
ARA: Il-Kottonera żewġ dinjiet għall-barranin u l-Maltin

L-esperjenzi tan-nies tal-Kottonera huma pjuttost differenti minn xulxin. Waqt li fl-Isla u Bormla spikkaw il-problemi soċjali, fil-Birgu u l-Kalkara issemew aktar problemi relatati mar-restawr, l-infrastruttura u t-toroq.

Waqt id-dawra mal-Kottonera, krew ta’ Dissett innota l-bżonn ta’ riġenerazzjoni f’uħud mid-djar residenzjali.  Fost l-oħrajn, Adrian Spiteri ltaqa’ ma’ anzjana ta’ 76 sena li daħħlet lill-krew fid-dar fqajra tagħha, nieqsa mill-ħtiġijiet bażiċi li ilha tikri għal bosta snin b’kirja baxxa.

Qaltilna li sid il-kera lest li jirrangha izda bil-kundizzjoni li tgholila l-kera, xi haga li ma accettatx ghax ma tiflahx ghal kera ghola. Spjegatilna li spiccat torqod fuq siggu fil-kcina.  Spjegat li sittax il-sena ilu applikat mal-Awtorita tad-djar, izda sal-llum ghada tistenna.

Il-Kottonera kienet diskussa fil-programm Dissett ilbieraħ fuq TVM.  Tista’ terġa’ tara l-programm hawnhekk.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Kumpaniji

Il-Maltapost ħabbret li għamlet profitt qabel it-taxxa ta’ ftit aktar minn €2.6 miljun fis-sena finanzjarja li għalqet fl-aħħar ta’ Settembru. Il-kumpanija qalet li kellha dħul akbar li laħaq iktar minn…

Lokali

Il-kampeġġ fuq Kemmuna fl-inħawi tal-bajja ta’ Santa Marija u ż-żona magħrufa bħala ta’ Lifrat mhux ser ikun aktar possibbli. L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet Ordni ta’ Waqfien li permezz tagħha…

Lokali

Persuna ttajret fil-bypass ta’ Birkirkara għall-ħabta tal-5.30 tal-lejla. L-inċident seħħ viċin ir-roundabout li minnha tidħol għal Ħal Lija, fid-direzzjoni tat-Tramuntana. Għal xi ħin it-traffiku waqaf kompletament fi Triq Dun Karm,…

Aktar