COVID-19
ARA: Il-Kummissjoni Ewropea tirringrazzja lil Charmaine Gauci għad-deċiżjoni tagħha

Il-Kummissjoni Ewropea rringrazzjat lis-Supretendent tas-Saħħa ta’ Malta, Charmaine Gauci, wara li din ingħaqdet mat-tim ta’ rispons globali għall-coronavirus.

It-tim għar-rispons globali twaqqaf mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, biex l-Ewropa tirrispondi għall-pandemija b’politika koordinata u biex ħadd ma jitħalla lura.

Bħala parti minn dan ir-rispons, jumejn ilu l-Kummissjoni allokat €50 miljun f’għajnuna umanitarja.

Fuq il-midja soċjali l-Kummissjoni esprimiet gratitudni għall-appoġġ tal-Professur Gauci, li min-naħa tagħha spjegat li hemm pajjiżi li diġà kkontrollaw is-sitwazzjoni tal-Covid-19, u oħrajn li għadhom fil-proċess.

Qalet li għalhekk hemm bżonn investiment u kollaborazzjoni, kemm biex jiġu żviluppati miżuri ġodda ta’ dijanjosi, kif ukoll trattament.

Żiedet li nistgħu noħorġu minn din is-sitwazzjoni meta jkun żviluppat vaċċin li jaħdem u li jingħata lill-popolazzjonijiet kollha.

Aħbarijiet Oħra
Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

Saħħa

Aktar minn 40 siegħa f’ġimgħa fil-post tax-xogħol u ammont kbir ta’ xogħol huma fost il-fatturi ewlenin li waslu biex żewġ terzi tal-ħaddiema li ħadu sehem fi stħarriġ lokali qalu li…

Aktar