Kultura
ARA: Il-kwadru ta’ San Girgor fiż-Żejtun lura f’postu wara sena ta’ restawr

Il-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun, li dari kienet il-Knisja Parrokkjali ddedikata lil Santa Katerina, illum reġgħet laqgħet lura kwadru f’wieħed mill-kappelluni tagħha.

Il-kwadru ddedikat lil San Girgor illum tpoġġa lura f’postu wara xogħol ta’ restawr li ħa madwar sena. Il-kwadru jmur lura għall-1614 u għandu fuqu wkoll l-arma tal-kunsill popolari tal-Imdina ta’ dak iż-żmien, li żżid mal-importanza storika tal-kwadru.

Ir-restawratur Anthony Spagnol, li ħadem fuq il-kwadru, qal li l-importanza artistika tiegħu hija notevoli u tmur lil minn dik attribwita lill-artist Giulio Cassarini.

Ir-restawr sar mill-għaqda Wirt iż-Żejtun, permezz ta’ kofinanzjament mill-Fondazzjoni GalXlokk taħt il-programm Leader.

Fil-filmat is-Sur Spagnol jispjega fil-qosor l-interventi li saru fuq il-kwadru:

https://www.facebook.com/1334916986596081/videos/678040516482746